We use cookies - they help us provide you with a better online experience.
By using our website you accept that we may store and access cookies on your device.

TTM Final

RRB - Doomers

Clash of the Titans!

Is-siparju fuq it-Tazza ta’ Malta jinghalaq l-erbgha li gejja bil-loghba tant mistennija bejn tnejn mill-ahjar u l aqwa timijiet f’Malta li zgur li ser joffru battalja kbira bejniethom bl-ispettaklu mandux jonqos. Mistennija 96,000 spettatur li ser johonqu kull spazju fil-ground ‘Ta Pennellu’.

Il-holders tat-TTM, RRB iridu jzommu x-xettru go Ghawdex imma ser isibu quddiemhom team ghatxan ghas-success peress li ghadu qatt ma rebah din it-tazza waqt li l-Bulls rebhuwha darbtejn (l-istagun li ghadda kontra Monty’s Gang filwaqt li l-ewwel titlu rebhuh ghal-ispejjez ta’ St. Andrews Wanderers). Id-doomers kienu wisq sfortunati li tilfu l-final ta’ zewg staguni ilu meta tilfu kontra Koppers kontra kull mistenni. Fil-Kampjonat Premier, Doomers qeghdin jiggieldu ghar-relegation filwaqt li l-Bulls qeghdin fil-quccata tal-klassifika b’zewg punti vantagg fuq Prima FC meta fadal erba loghbiet at-tmiem il-kampjonat.

Bulls qeghdin fuq ix-xwiek jistennew herqana li Fabri jirkupra mill-injury qasira li ghandu. Filfatt wiehed jista jara l-aqwa ghaxar tobba tal-pajjiz qeghdin jiehdu hsieb sahhtu u taw konferma li sa ghada il-player ser ikun jista jilghab. Il-coach ir-Roli xorta ghadu xettiku fuq l-partecipazzjoni tal-pilastru f nofs il-ground u deher jghid lil-gurnalisti li, ‘Il-bulls mhumiex Fabri dipendenti, anzi nasal biex nghid li anke jekk ifieq xorta mhux ha naghti l konferma li ser ikun mal-ewwel hdax. Ghadna players kbar li jhabbatuwha ferm ma Fabri allura hadd mill-players tat-team ma jrid ihossu intokkabbli’. Galvanizzati mill-ahhar akkwist kbir li ghamlu, l-Bulls jistghu ihossuwhom bhala l-favoriti allavolja hafna gurnali qeghdin iqabblu l-akkwist tal-player nazzjonali Erin Aber bhala l-kawza li ser iwassal ghal-falliment tal-club. Ser tkun bicca ugigh ta ras kbira ghal-coach ir-roli biex jara liema ser ikunu l-hdax il-player li ser jibdew il-loghba.

Min-naha l-ohra id-doomers jridu dan it-titlu b’sahha kbira biex juru li dan l-istagun ma jkunx fallimentari ghalihom. Huma wkoll irrikorrew ghal-inseriment kbir fil-midfield imma jidher li ser juzawh biss ghal-din il-loghba. L-uniku player indispost ghalihom huwa d-difensur Vlad li ghandu injury serja, pero fuq wara d-doomers mhux ha jkunu penalizzati peress li ghandhom is-servizz ta 3 pilastri kbar li huma l keeper Ferry li mandux bzonn ta ebda introduzzjoni. Wiehed izid ukoll l-player eks nazzjonal Izaguirre kif ukoll Ransverrson.
Fin-nofs ser ikun taht idejn stilla ohra tan-nazzjonal, Ostafiycuk li wara hafna qrid u biki mill-coach Robert (u bir-ragun!) flahhar tela solid form. Fuq quddiem, d-Doomers jistghu jiftahru li ghandhom wiehed mill-aqwa setturi fejn players kbar bhal Burja Sol u Jones jridu jsibu x xibka jekk iridu jghollu t-tazza.

Dawn iz-zewg timijiet iltaqghu kontra xulxin disa okkazzjoniet fejn tnejn minnhom kienu fil-TTM. Interessanti l fatt li Doomers dejjem irnexxielhom jaqilghu lil Bulls mit-TTM bl iscores ta 4-3 u 3-2 u fiz-zewg loghbiet l-golden goal kien letali ghat-tim ghawdxi. Fil-league minn seba loghobiet, ghandna tliet rebhiet kull wiehed u kien hemm loghba li spiccat fi draw. Wiehed jinnota li bejn dawn iz-zewg timijiet dejjem ikollna hafna goals, awgurju sabih ghal-din il-finali.

Jalla jkollna final denja ta’ din il-kompetizzjoni sabiha u jalla jirbah min hu l-ahjar!

2009-04-06 23:52:20, 5748 views

Link directly to this article (HT-ML, for the forum): [ArticleID=3877]

 
Server 071